Għal Sewqan Responsabbli.

Biex it-toroq tagħna jkunu iktar sikuri.

Iċċekkja l-punti akkumulati

Is-sistema tal-Punti Penali

Is-sistema tal-punti penali li qabel kienet tapplika biss għall-liċenzji proviżorji, mill-1 ta’ Dicembru 2017 ser tapplika fuq il-liċenzji kollha. Din is-sistema qiegħda tiġi ntrodotta biex insaħħu r-responsabbilità fuq it-toroq tagħna u b’hekk inkunu qed ngħinu biex nipproteġu mhux biss il-ħajja tas-sewwieq u ta’ kull min hemm fil-vettura, imma ukoll ta’ sewwieqa oħra u ta’ kull min juża t-toroq tagħna.